4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/64


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2019 – Pablosky vs EUIPO – docPrice (mediFLEX easystep)

(Kawża T-20/19)

(2019/C 82/75)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pablosky, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. Tarí Lázaro, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: docPrice GmbH (Koblenz, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “mediFLEX easystep” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 730 872

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 77/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 730 872 kollha kemm hija fir-rigward tal-prodotti inklużi fil-klassijiet 10 u 25;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.