|
11.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 93/69 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2019 – United States Seafoods vs EUIPO (UNITED STATES SEAFOODS)
(Kawża T-10/19)
(2019/C 93/90)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: United States Seafoods LLC (Seattle, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Spintig, S. Pietzcker u M. Prasse, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva UNITED STATES SEAFOODS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 365 398
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 817/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |