Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2021 – Novolipetsk Steel vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-790/19)
“Miżuri li l-Unjoni tista’ tadotta fir-rigward tal-effett ikkombinat ta’ miżuri antidumping jew antisussidji u ta’ miżuri ta’ salvagwardja – Importazzjoni ta’ prodotti ċatti b’laminazzjoni kiesħa tal-azzar u ta’ prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar – Modifika tal-leġiżlazzjonijiet li jistabbilixxu miżuri antidumping jew antisussidji fuq prodotti li huma s-suġġett ta’ miżuri ta’ salvagwardja – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”
1. |
Rikors għal annullament – Ammissibbiltà – Ċaħda ta’ rikors fuq il-mertu mingħajr ma tittieħed deċiżjoni fuq l-ammissibbiltà – Setgħa diskrezzjonali tal-qorti tal-Unjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 30) |
2. |
Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Impożizzjoni ta’ dazji antidumping – Kombinazzjoni ma’ miżuri tariffarji ta’ salvagwardja – Bidla tad-dazji antidumping skont l-eżawriment tal-kwoti tariffarji previsti fil-kuntest ta’ miżuri ta’ salvagwardja – Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 21; Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2015/477 u 2016/1036, Artikolu 9(5); Regolament tal-Kummissjoni 2019/1382) (ara l-punti 46 sa 54) |
3. |
Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Impożizzjoni ta’ dazji antidumping – Kombinazzjoni ma’ miżuri tariffarji ta’ salvagwardja – Kombinazzjoni li tikkawża effetti ikbar milli previsti fir-rigward tal-politika ta’ difiża kummerċjali tal-Unjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Oneru tal-prova (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2015/477, Artikolu 1(1); Regolament tal-Kummissjoni 2019/1382) (ara l-punti 68 sa 78, 86) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1382 tat-2 ta’ Settembru 2019 li jemenda ċerti Regolamenti li jimponu miżuri anti-dumping jew anti-sussidji fuq ċerti prodotti tal-azzar soġġetti għal miżuri ta’ salvagwardja (ĠU 2019, L 227, p. 1), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Novolipetsk Steel PAO hija kkunadannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk imġarrba mill-Kummissjoni Ewropea. |