Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal‑10 ta’ Marzu 2021 –
FI vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑694/19)
“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Konjuġi superstiti – Pensjoni tas-superstiti – Artikoli 18, 19 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà – Tul taż-żwieġ – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Ugwaljanza fit-trattament – Proporzjonalità”
|
1. |
Rikorsi tal-uffiċjali – Rikors għal annullament indirizzat kontra deċiżjoni konfermattiva – Inammissabbiltà – Kundizzjoni – Deċiżjoni kkonfermata li tkun saret definittiva (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91) (ara l-punti 24 sa 27) |
|
2. |
Rikorsi tal-uffiċjali – Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment – Ammissibbiltà – Obbligu li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet intiżi kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment – Talbiet neqsin minn kontenut awtonomu jew deċiżjoni purament konfermattiva – Assenza (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91) (ara l-punti 28, 29) |
|
3. |
Uffiċjali – Ugwaljanza fit-trattament – Kunċett – Natura komparabbli tas-sitwazzjonijiet inkwistjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 20, 21(1) u 52(1)) (ara l-punti 42 sa 47) |
|
4. |
Uffiċjali – Pensjonijiet – Pensjoni tas-superstiti – Kundizzjonijiet għall-għoti – Setgħa diskrezzjonali tal-leġiżlatur tal-Unjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata (Regolamenti tal-Persunal, Anness VIII, Artikoli 19 u 20) (ara l-punt 48) |
|
5. |
Uffiċjali – Pensjonijiet – Pensjoni tas-superstiti – Kundizzjonijiet għall-għoti – Tul minimu taż-żwieġ – Differenza fit-trattament tal-konjuġi superstiti skont id-data taż-żwieġ, qabel jew wara t-tmiem tal-attività tal-uffiċjal mejjet – Kundizzjoni li twassal għal żvantaġġ għall-persuni li żżewġu wara l-invalidità tal-uffiċjal – Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Ġustifikazzjoni – Ġlieda kontra l-frodi – Assenza (Regolamenti tal-Persunal, Anness VIII, Artikoli 18, 19 u 20) (ara l-punti 50 sa 59, 62 sa 66, 71 sa 76, 80 sa 83) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat‑8 ta’ Marzu u tal‑1 ta’ April 2019 li jiċħdu t-talba għall-għoti ta’ pensjoni tas-superstiti lir-rikorrent.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tat‑8 ta’ Marzu 2019 u tal‑1 ta’ April 2019 li jiċħdu t-talba għall-għoti ta’ pensjoni tas-superstiti lil FI huma annullati. |
|
2) |
Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż ta’ FI. |
|
3) |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |