Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad‑29 ta’ April 2020 – CV et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑496/19)

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Remunerazzjoni – Koeffiċjent ta’ korrezzjoni – Kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa għall-funzjonijiet – Spejjeż ta’ akkomodazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dmir ta’ premura – Ekwivalenza tal-kapaċità ta’ akkwist – Ugwaljanza fit-trattament”

1. 

Uffiċjali – Deċiżjoni li tikkawża preġudizzju – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda ta’ talba – Nuqqas ta’ motivazzjoni – Regolarizzazzjoni fl-istadju tar-risposta għall-ilment

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 296TFUE; Regolamenti tal-Persunal, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 25)

(ara l-punti 40-46)

2. 

Uffiċjali – Dmir ta’ premura tal-amministrazzjoni – Portata – Limiti

(ara l-punti 50-54)

3. 

Uffiċjali – Remunerazzjoni – Koeffiċjenti ta’ korrezzjoni – Skop – Ekwivalenza tal-kapaċità ta’ akkwist

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 64)

(ara l-punt 58)

4. 

Rikorsi tal-uffiċjali – Talba fis-sens tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal – Kunċett – Talba għaż-żieda tal-koeffiċjent ta’ koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikabbli għar-remunerazzjonijiet – Esklużjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90(1))

(ara l-punt 60)

5. 

Uffiċjali – Remunerazzjoni – Koeffiċjenti ta’ korrezzjoni – Prinċipju tal-iffissar minn kull Stat Membru imqabbel mal-għoli tal-ħajja fil-kapitali tiegħu

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 64 u Anness XI, Artikolu 1(3)(a) u Artikolu 9)

(ara l-punti 61-63)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ta’ din l-istituzzjoni ċaħdet it-talba tar-rikorrenti intiża, essenzjalment, sabiex tinkiseb żieda, jekk ikun il-każ b’mod retroattiv, fil-koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikabbli għall-post tax-xogħol tagħhom, f’dan il-każ, Pariġi.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

CV, CW u CY huma kkundannati għall-ispejjeż.