Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat‑13 ta’ Mejju 2020 – adp Gauselmann vs EUIPO – Gameloft (City Mania)

(Kawża T-381/19)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea City Mania – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea City Lights – Raġuni relattiva ta’ rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”

1. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni

[Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b)]

(ara l-punti 16, 17, 54, 59)

2. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku rilevanti

[Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b)]

(ara l-punt 19)

3. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks verbali City Mania u City Lights

[Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b)]

(ara l-punti 20, 22, 34, 35, 46, 47, 53, 61-63)

4. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati

[Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b)]

(ara l-punt 21)

5. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati

[Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b)]

(ara l-punti 23, 24)

6. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni

[Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b)]

(ara l-punt 26)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ April 2019 (Każ R 976/2018-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn adp Gauselmann u Gameloft.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

adp Gauselmann GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.