|
3.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 163/32 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2021 – Aquind et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-885/19) (1)
(“Rikors għal annullament - Enerġija - Infrastrutturi tal-enerġija trans-Ewropej - Regolament (UE) Nru 347/2013 - Delega ta’ setgħa lill-Kummissjoni - Artikolu 290 TFUE - Att iddelegat li jemenda l-lista ta’ proġetti ta’ interess komuni tal-Unjoni - Natura tal-att matul it-terminu li matulu l-Parlament u l-Kunsill jistgħu jesprimu oġġezzjonijiet - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà manifesta”)
(2021/C 163/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aquind Ltd (Wallsend, ir-Renju Unit), Aquind Energy Sàrl (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu), Aquind SAS (Rouen, Franza) (rappreżentanti: S. Goldberg, C. Davis, J. Bille, solicitors, u E. White, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet, Y. Marinova u B. De Meester, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller, D. Klebs, S. Heimerl u S. Costanzo, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: J. Ruiz Sánchez, aġent), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: A.-L. Desjonquères, C. Mosser u A. Daniel, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/389 tal-31 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni (ĠU 2020, L 74, p. 1).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
|
2) |
Aquind Ltd, Aquind Energy Sàrl u Aquind SAS huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji. |
|
3) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |