|
19.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 348/18 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2020 – Koopman International vs EUIPO – Tinnus Enterprises u Mystic Products (Fluid distribution equipment)
(Kawża T-839/19) (1)
(“Rikors għal annullament - Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta tagħmir għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi - Sospensjoni tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Inammissibbiltà”)
(2020/C 348/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Koopman International BV (Amsterdam, il-Pajjizi l-Baxxi) (rappreżentanti: G. van den Bergh u B. Brouwer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tinnus Enterprises LLC (Plano, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Odle, avukat)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Mystic Products Import & Export, SL (Badalona, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni provviżorja tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Settembru 2019 (Każ R 1006/2018-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn, minn naħa, Mystic Products Import & Export u Koopman International u, min-naħa l-oħra, Tinnus Enterprises.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
2) |
Koopman International BV hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess u kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Tinnus Enterprises LLC. |