8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2020 – Nutravita vs EUIPO – Pegaso (nutravita Healthy Mind, Body & Soul.)

(Kawża T-814/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2020/C 191/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nutravita Ltd (Maidenhead, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: H. Dhondt u J. Cassiman, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Pegaso Srl (Negrar, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Settembru 2019 (Każ R 80/2019-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pegaso Srl u Nutravita Ltd.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Nutravita Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha, kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 27, 27.1.2020.