19.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 348/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2020 – Wagenknecht vs Il-Kunsill Ewropew

(Kawża T-715/19) (1)

(“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni - Ġlieda kontra l-frodi - Laqgħa tal-Kunsill Ewropew - Qafas finanzjarju pluriennwali - Regolament finanzjarju - Allegat kunflitt ta’ interessi tar-rappreżentant tar-Repubblika Ċeka matul laqgħa tal-Kunsill Ewropew - Allegat nuqqas ta’ azzjoni tal-Kunsill Ewropew - Artikolu 130 tar-Regoli tal-Proċedura - Interess ġuridiku - Locus standi - Teħid ta’ pożizzjoni tal-Kunsill Ewropew - Tmiem għan-nuqqas li tittieħed azzjoni - Inammissibbiltà - Artikolu 15(2) TUE - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2020/C 348/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Lukáš Wagenknecht (Pardubice, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: A. Dolejská, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill Ewropew (rappreżentanti: A. Westerhof Löfflerová, A. Jensen u J. Bauerschmidt, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża għall-konstatazzjoni li l-Kunsill Ewropew illegalment naqas milli jieħu azzjoni fuq it-talba tar-rikorrent sabiex il-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka, Andrej Babiš, jiġi eskluż mil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-20 ta’ Ġunju 2019 u minn laqgħat futuri dwar in-negozjati tal-perspettivi finanzjarji, minħabba l-allegat kunflitt ta’ interessi tiegħu fil-konfront tar-rekwiżiti tal-Artikolu 325(1) TFUE u tal-Artikolu 61(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU 2018, L 193, p. 1, u rettifika fil-ĠU 2019, L 60, p. 36).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli u, fi kwalunkwe każ, bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

Lukáš Wagenknecht huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 54, 17.2.2020.