19.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 348/16


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2020 – Sasol Germany et vs ECHA

(Kawża T-640/19) (1)

(“Rikors għal annullament - REACH - Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna - Stabbiliment ta’ lista ta’ sustanzi identifikati bil-għan ta’ inklużjoni eventwali fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Deċiżjoni li tidentifika s-sustanza 4-tert-butilfenol bħala sustanza li tissodisfa l-kriterji previsti għall-inklużjoni fil-lista - Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att li sempliċement jimplimenta d-deċiżjoni - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”)

(2020/C 348/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sasol Germany GmbH (Hamburg, il-Ġermanja), SI Group – Béthune (Béthune, Franza) BASF SE (Ludwigshafen am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Mereu, P. Sellar u S. Saez Moreno, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: M. Heikkilä u W. Broere, aġenti, assistiti minn S. Raes, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ED/71/2019 tal-ECHA, inkwantu din tinkludi s-sustanza 4-tert-butilfenol bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna fil-lista ta’ sustanzi identifikati bil-għan ta’ inklużjoni eventwali fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU 2006, L 396, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2007, L 136, p. 3, fil-ĠU 2008, L 141, p. 22, u fil-ĠU 2009, L 36, p. 84).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, tar-Renju tal-Isvezja u tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Sasol Germany GmbH, SI Group – Béthune u BASF SE huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talbiet għal intervent.

4)

Sasol Germany GmbH, SI Group – Béthune, BASF SE, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju tal-Isvezja u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 406, 2.12.2019.