15.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 462/43


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2021 – Katjes Fassin vs EUIPO – Haribo The Netherlands & Belgium (WONDERLAND)

(Kawża T-616/19 REV) (1)

(“Proċedura - Talba għal reviżjoni - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Rikors kontra deċiżjoni tal-EUIPO li tirrifjuta parzjalment ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark - Irtirar tal-oppożizzjoni li seħħ qabel in-notifika tad-digriet li jiċħad ir-rikors - Fatt mhux magħruf mir-rikorrent u mill-Qorti Ġenerali - Reviżjoni tad-digriet - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2021/C 462/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Katjes Fassin GmbH & Co. KG (Emmerich am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Schmitz, S. Stolzenburg-Wiemer, M. Breuer u I. Dimitrov, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali: Haribo The Netherlands & Belgium BV (Breda, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: A. Tiemann u C. Elkemann, avukati)

Suġġett

Talba għal reviżjoni tad-digriet tal-10 ta’ Lulju 2020, Katjes Fassin vs EUIPO – Haribo The Netherlands & Belgium (WONDERLAND) (T-616/19, mhux ippubblikat, EU:T:2020:334).

Dispożittiv

1)

It-talba għal reviżjoni tad-digriet tal-10 ta’ Lulju 2020, Katjes Fassin vs EUIPO – Haribo The Netherlands & Belgium (WONDERLAND) (T-616/19, mhux ippubblikat, EU:T:2020:334), hija milqugħa.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors fil-kawża Katjes Fassin vs EUIPO – Haribo The Netherlands & Belgium (WONDERLAND) (T-616/19).

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha marbuta mal-proċedura għal annullament fil-kawża Katjes Fassin vs EUIPO – Haribo The Netherlands & Belgium (WONDERLAND) (T-616/19).

4)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu marbuta mal-proċedura għal reviżjoni.

5)

L-EUIPO huwa kkundannat għal nofs l-ispejjeż ta’ Katjes Fassin GmbH & Co. KG marbuta mal-proċedura għal reviżjoni.

6)

Katjes Fassin għandha tbati nofs l-ispejjeż rispettivi tagħha marbuta mal-proċedura għal reviżjoni.

7)

L-oriġinal ta’ dan id-digriet ser jiġi anness mir-Reġistratur mal-oriġinal tad-digriet tal-10 ta’ Lulju 2020, Katjes Fassin vs EUIPO – Haribo The Netherlands & Belgium (WONDERLAND) (T-616/19, mhux ippubblikat, EU:T:2020:334).

8)

Ir-Reġistratur ser isemmi dan id-digriet fil-marġni tad-digriet tal-10 ta’ Lulju 2020, Katjes Fassin vs EUIPO – Haribo The Netherlands & Belgium (WONDERLAND) (T-616/19, mhux ippubblikat, EU:T:2020:334).


(1)  ĠU C 363, 28.10.2019.