25.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/27


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2020 – Helsingin Bussiliikenne vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-603/19 R)

(“Miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2020/C 175/36)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Helsingin Bussiliikenne Oy (Ħelsinki, il-Finlandja) (rappreżentanti: O. Hyvönen u N. Rosenlund, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Huttunen u F. Tomat, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 3152 final tat-28 ta’ Ġunju 2019 dwar l-allegata għajnuna mill-Istat SA.33846 (2015/C) (ex 2014/NN) (ex 2011/CP) mogħtija mir-Repubblika tal-Finlandja lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent ta’ Nobina Oy u ta’ Nobina AB kif ukoll fuq it-talba għal trattament kunfidenzjali tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati, minbarra dawk sostnuti minn Nobina Oy u Nobina AB, li għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mat-talba għal intervent tagħhom fil-proċedura għal miżuri provviżorji.