19.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 348/13


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2020 – Klein vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-562/19) (1)

(“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Apparati mediċi - Artikolu 8(1) u (2) tad-Direttiva 93/42/KEE - Proċedura ta’ klawżola tas-sigurtà - Notifika minn Stat Membru ta’ deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ apparat mediku - Assenza ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Inammissibbiltà”)

(2020/C 348/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Christoph Klein (Großgmain, l-Awstrija) (rappreżentant: H.-J. Ahlt, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. C. Becker, F. Thiran u G. von Rintelen, aġenti)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiż sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni naqset illegalment milli taġixxi fil-proċedura ta’ klawżola tas-sigurtà miftuħa fis-7 ta’ Jannar 1998 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u li tieħu deċiżjoni skont id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 12, p. 82), fir-rigward tal-apparat mediku Inhaler Broncho Air®.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Christoph Klein huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 337, 7.10.2019.