31.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2020 – Perfect Bar vs EUIPO (PERFECT BAR)

(Kawża T-553/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PERFECT BAR - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti - Artikolu 72(6) tar-Regolament 2017/1001 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2020/C 287/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Perfect Bar LLC (San Diego, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: F. Miazzetto, J. L. Gracia Albero, R. Seoane Lacayo u E. Cebollero González, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Capostagno, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Mejju 2019 (Każ R 371/2019-5), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PERFECT BAR bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

Perfect Bar LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 337, 7.10.2019.