20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/53


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2019 – Medac Gesellschaft für klinische Spezialpräparate vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-549/19 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Prodott mediċinali orfni - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2020/C 19/64)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Medac Gesellschaft für klinische Spezialpräparate mbH (Wedel, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. von Czettritz, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. F. Brakeland, L. Haasbeek u C. Hermes, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2019)4858 (final) tal-20 ta’ Ġunju 2019 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal “Trecondi – treosulfan”, prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.