14.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2021 – Laroni vs Il-Parlament

(Kawża T-415/19) (1)

(“Dritt istituzzjonali - Statut uniku ta’ Membri tal-Parlament Ewropew - Membri tal-Parlament Ewropew eletti fil-kostitwenzi Taljani - Adozzjoni mill-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja) tad-Deċiżjoni Nru 14/2018, fil-qasam tal-pensjonijiet - Bidla fl-ammont tal-pensjonijiet għall-membri parlamentari nazzjonali Taljani - Bidla korrispondenti, mill-Parlament Ewropew, tal-ammont tal-pensjonijiet ta’ ċerti eks membri Parlamentari eletti fl-Italja - Mewt tar-rikorrent - Assenza ta’ trasfużjoni tal-atti mill-aventi kawża - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2021/C 228/39)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Nereo Laroni (Venezia, l-Italja) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u S. Alves, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tan-nota tal-11 ta’ Ġunju 2019 stabbilita mill-Parlament u li tirrigwarda l-adattament tal-ammont tal-pensjoni li minnha jibbenefika r-rikorrent insegwitu għad-dħul fis-seħħ, fl-1 ta’ Jannar 2019, tad-Deċiżjoni Nru 14/2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja).

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 295, 2.9.2019.