12.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 339/22 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2020 – Tognoli et vs Il-Parlament
(Kawżi magħquda T-395/19, T-396/19, T-405/19, T-408/19, T-419/19, T-423/19, T-424/19, T-428/19, T-433/19, T-437/19, T-443/19, T-455/19, T-458/19 sa T-462/19, T-464/19, T-469/19 u T-477/19) (1)
(“Rikors għal annullament - Dritt istituzzjonali - Statut uniku tad-deputat Ewropew - Deputati Ewropew eletti fil-kostitwenzi Taljani - Adozzjoni mill-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja) tad-Deċiżjoni Nru 14/2018, fil-qasam tal-pensjonijiet - Emenda tal-ammont tal-pensjonijiet - Rikorsi manifestament inammissibbli”)
(2020/C 339/28)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Carlo Tognoli (Milano, l-Italja) u d-19 ir-rikorrent l-ieħor li isimhom huwa inkluż fl-anness tad-digriet (rappreżentant fil-Kawżi T-395/19, T-396/19, T-419/19, T-423/19, T-424/19, T-428/19, T-433/19, T-437/19, T-455/19, T-458/19 sa T-462/19, T-464/19, T-469/19 u T-477/19: M. Merola, avukat, rappreżentanti fil-Kawżi T-405/19, T-408/19 u T-443/19: M. Merola u L. Florio, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u S. Alves, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tan-noti tal-11 ta’ April 2019 stabbiliti, fil-każ ta’ kull wieħed mir-rikorrenti, mill-Kap tal-Unità “Remunerazzjoni u drittijiet soċjali tad-deputati” tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament u li jikkonċerna l-adattament tal-pensjonijiet li huma jibbenefikaw minnhom wara d-dħul fis-seħħ, fl-1 ta’ Jannar 2019, tad-Deċiżjoni Nru 14/2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikorsi huma miċħuda bħala manifestament inammissibbli. |
2) |
Carlo Tognoli u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidhru fl-anness għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew. |