8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/15


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2020 – Gerber vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-326/19) (1)

(Rikors għal annullament - Territorju doganali tal-Unjoni - Regolament (UE) 2019/474 - Direttiva (UE) 2019/475 - Inklużjoni tal-muniċipalità ta’ Campione d’Italia u tal-ilma Taljan tal-Lag ta’ Lugano - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Inammissibbiltà)

(2020/C 191/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Tibor Gerber (Campione d’Italia, l-Italja) (rappreżentant: N. Amadei, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio u C. Biz, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lo Monaco u E. Ambrosini, aġenti)

Suġġett

L-ewwel nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament (UE) 2019/474 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU 2019, L 83, p. 38), f’dak li jikkonċerna l-parti relatata mal-inklużjoni tal-muniċipalità ta’ Campione d’Italia u tal-ilma Taljan fil-Lag ta’ Lugano fit-territorju doganali tal-Unjoni, it-tieni nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 264 TFUE u intiża sabiex id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/475 tat-18 ta’ Frar 2019 li temenda d-Direttivi 2006/112/KE u 2008/118/KE rigward l-inklużjoni tal-muniċipalità Taljana ta’ Campione d’Italia u l-ilmijiet Taljani tal-Lag ta’ Lugano fit-territorju doganali tal-Unjoni u fl-applikazzjoni territorjali tad-Direttiva 2008/118/KE (ĠU 2019, L 83, p. 42), tiġi ddikkjarata mingħajr effetti, u, it-tielet nett, talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-għoti ta’ miżuri provviżorji intiżi għas-sospensjoni tal-implementazzjoni tar-Regolament 2019/474, tad-Direttiva 2019/475 u ta’ kull miżura ta’ implementazzjoni relatata magħhom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet ta’ intervent tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Repubblika Taljana.

3)

Tibor Gerber għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, inkluż dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

4)

Il-Kummissjoni u r-Repubblika Taljana għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mat-talbiet ta’ intervent.


(1)  ĠU C 238, 15.7.2019.