|
6.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/9 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2020 – Apple vs EUIPO (Lapsijiet diġitali)
(Kawża T-212/19) (1)
(“Disinn Komunitarju - Diviżjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni li tirrimedja l-irregolarità li wasslet għar-rifjut tar-reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
(2020/C 114/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Apple Inc. (Cupertino, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: H. Hartwig u A. von Mühlendahl, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Hanne u D. Botis, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Jannar 2019 (Każ R 2533/2017-3), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ disinn Komunitarju li jirrappreżenta lapes diġitali.
Dispożittiv
|
1) |
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors. |
|
2) |
Apple Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż. |