24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/43


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2019 – Ceramica Flaminia vs EUIPO – Ceramica Cielo (goclean)

(Kawża T-192/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva goclean - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Artikolu 103 tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2020/C 61/54)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ceramica Flaminia SpA (Civita Castellana, l-Italja) (rappreżentanti: A. Improda u R. Arista, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Capostagno, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ceramica Cielo SpA (Fabrica di Roma, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Jannar 2019 (Każ R 991/2018-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Ceramica Cielo u Ceramica Flaminia.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 206, 17.6.2019.