19.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 348/13


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2020 – Solar Ileias Bompaina vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-143/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Operaturi tas-suq tal-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli - Ftehimiet ta’ xiri ta’ elettriku - Emendi leġiżlattivi b’effett retroattiv li jikkonsistu f’limitazzjoni tal-vantaġġi tariffarji - Ilment quddiem il-Kummissjoni li jallega l-eżistenza ta’ għajnuna favur fornituri ta’ enerġija - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Kwalità ta’ persuna kkonċernata - Salvagwardja tad-drittijiet proċedurali - Inammissibbiltà”)

(2020/C 348/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Solar Ileias Bompaina AE (Athènes, il-Greċja) (rappreżentanti: A. Metaxas u A. Bartosch, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K.-P. Wojcik u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, essenzjalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 6777 final tal-10 ta’ Ottubru 2019 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38967 (2014/NN-2) – Il-Greċja – Skema nazzjonali ta’ għajnuna għall-funzjonament favur l-installazzjonijiet li jużaw is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ produzzjoni kkombinata ta’ sħana u ta’ elettriku b’rendiment għoli.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Solar Ileias Bompaina AE għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 148, 29.4.2019.