25.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 175/24 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Marzu 2020 – Necci vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-129/19) (1)
(“Rikors għal annullament - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Sigurtà soċjali - RCAM - Ċaħda tal-applikazzjoni għal affiljazzjoni - Dewmien - Fatt ġdid u sostanzjali - Inammissibbiltà”)
(2020/C 175/32)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Claudio Necci (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: B. Mongin u T. Bohr, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Van Pottelberge u I. Terwinghe, aġenti), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Meyer u M. Alver, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ April 2018 li impliċitament tiċħad it-talba għal affiljazzjoni tar-rikorrent fis-sistema komuni ta’ assigurazzjoni medika tal-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej (RKAM) imressqa fit-18 ta’ Diċembru 2017.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Claudio Necci għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
3) |
Il-Parlement Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |