9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2020 – Clem & Jo Optique vs EUIPO – C&A (C&J)

(Kawża T-125/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2020/C 77/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Clem & Jo Optique SARL (Cormicy, Franza) (rappreżentant: N. Hausmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: C&A AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Aznar Alonso, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2018 (Każ R 1252/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn C&A u Clem & Jo Optique.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Clem & Jo Optique hija kkundannata għall-ispejjeż tagħhha kif ukoll ta’ dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

C&A AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 148 tad-29.4.2019.