30.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2020 – WV vs SEAE

(Kawża T-43/19) (1)

(“Rikors għal kumpens - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Tardività - Inammissibbiltà”)

(2020/C 103/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: WV (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenut: Service européen pour l’action extérieure (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Spac, aġenti)

Suġġett

Talba skont l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tas-SEAE tat-28 ta’ Marzu 2018 li tiċħad it-talba għal kumpens tar-rikorrenti kif ukoll, sa fejn ikun hemm bżonn, tad-deċiżjoni tas-SEAE tas-26 ta’ Ottubru 2018 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti mressaq fis-26 ta’ Ġunju 2018 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-aġiri tas-SEAE fir-rigward tagħha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

WV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 103, 18.3.2019.