5.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 340/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2022 – Design Light & Led Made in Europe u Design Luce & Led Made in Italy vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-886/19) (1)

(Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Akkordji - Settur tad - Dawl LED - Programm tal - Liċenzjar tal - Privattivi (Patent Licensing Program) - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment - Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Nuqqas ta’ interess tal-Unjoni - Probabbiltà li tkun tista’ tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur)

(2022/C 340/36)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Design Light & Led Made in Europe (Milano, l-Italja), Design Luce & Led Made in Italy (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: M. Maresca, D. Maresca u S. Pelleriti, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Ernst, C. Sjödin u J. Szczodrowski, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Signify Holding BV (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Snelders, R. Lepetska u N. Van Belle, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 7805 final tal-25 ta’ Ottubru 2019, li tiċħad l-ilment tagħhom rigward ksur tal-Artikolu 101 jew 102 TFUE allegatament imwettqa minn Koninklijke Philips NV (Każ AT.39913 – LED).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Design Light & Led Made in Europe u Design Luce & Led Made in Italy huma kkundannati għall-ispejjeż.

3)

Signify Holding BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 61, 24.2.2020.