1.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/24 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2021 – Folschette et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-884/19) (1)
(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Investigazzjoni tal-OLAF - Suq tal-informatika - Korruzzjoni - Traffiku ta’ influwenza - Rapport finali li jirrakkomanda l-ftuħ ta’ proċeduri kriminali - Liberazzjoni definittiva minn qorti kriminali - Preskrizzjoni - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”)
(2021/C 72/36)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Marc Folschette (Leudelange, il-Lussemburgu), Tetyana Grygorenko (Leudelange), Professional Business Solutions SA (Leudelange), (rappreżentant: N. Bauer, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Blanc, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu allegatament sostnut minħabba l-aġir tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) fil-kuntest ta’ investigazzjoni interna.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Marc Folschette, Tetyana Grygorenko u Professional Business Solutions SA huma kkundannati għall-ispejjeż. |