25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – Impera vs EUIPO – Euro Games Technology (Flaming Forties)

(Kawża T-874/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Flaming Forties - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti 40 FLAMING FRUITS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2021/C 28/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Impera GmbH (Steinhaus, l-Awstrija) (rappreżentant: C. Straberger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Lecheva, J. Crespo Carrillo u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Euro Games Technology Ltd (Vranya-Lozen-Triugulnika, il-Bulgarija) (rappreżentant: K. Manev, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ottubru 2019 (Każ R 2304/2018-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Euro Games Technology u Impera.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Impera GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 20.4.2020.