25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – Brasserie St Avold vs EUIPO (Forma ta’ flixkun skur)

(Kawża T-862/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea - Sinjal tridimensjonali - Forma ta’ flixkun skur - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2021/C 28/66)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Brasserie St Avold (Saint-Avold, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe, D. Brun u F. Donaud, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u V. Ruzek, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Ottubru 2019 (Każ R 466/2019-4), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea ta’ sinjal tridimensjonali li jikkonsisti mill-forma ta’ flixkun skur.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

La Brasserie St Avold hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 61, 24.2.2020.