14.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 433/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2020 – Body Attack Sports Nutrition vs EUIPO – Sakkari (SAKKATTACK)

(Kawża T-851/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SAKKATTACK - Trade marks internazzjonali verbali preċedenti ATTACK u Body Attack u figurattiva preċedenti Body Attack SPORTS NUTRITION - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 433/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Body Attack Sports Nutrition GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Labesius, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Maria Sakkari (Nikosija, Ċipru) (rappreżentant: M. Nikolaraki, avukata)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Ottubru 2019 (Każ R 2560/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Body Attack Sports Nutrition u M. Sakkari.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Body Attack Sports Nutrition GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 61, 24.2.2020.