1.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Jannar 2021 – RY vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-824/19) (1)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Terminazzjoni ta’ kuntratt għal żmien indeterminat b’applikazzjoni tal-Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Implimentazzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali - Artikolu 266 TFUE - Dritt għal smiegħ - Deċiżjoni ġdida ta’ terminazzjoni)

(2021/C 72/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: RY (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Schima u B. Mongin, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ April 2019 li ttemm il-kuntratt għal żmien indeterminat tar-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

RY huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 36, 3.2.2020.