|
4.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 148/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2022 – Sped-Pro vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-791/19) (1)
(“Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq tas-servizzi ta’ trasport ferrovjarju ta’ merkanzija - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment - Artikolu 7 tar Regolament (KE) Nru 773/2004 - Terminu raġonevoli - Interess tal-Unjoni li jitkompla l-eżami ta’ lment - Determinazzjoni tal-awtorità li tinsab fl-aħjar pożizzjoni sabiex teżamina lment - Kriterji - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Nuqqasijiet sistemiċi jew iġġeneralizzati fir-rigward tal-osservanza tal-Istat tad dritt - Riskju ta’ ksur tad-drittijiet ta’ lanjant fil-każ ta’ ċaħda ta’ lment - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
(2022/C 148/30)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Sped-Pro S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Kozak, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Szczodrowski, L. Wildpanner u P. van Nuffel, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, aġent)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 6099 final tat-12 ta’ Awwissu 2019 (Każ AT.40459 – Spedizzjoni tal-merkanzija bil-ferrovija fil-Polonja – PKP Cargo), li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti dwar allegat ksur tal-Artikolu 102 TFUE fis-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija fil-Polonja.
Dispożittiv
|
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2019) 6099 final tat-12 ta’ Awwissu 2019 (Każ AT.40459 – Spedizzjoni tal-merkanzija bil-ferrovija fil-Polonja – PKP Cargo), hija annullata. |
|
2) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha, kif ukoll għal dawk sostnuti minn Sped Pro S.A. |
|
3) |
Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |