9.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2021 – GY vs BĊE

(Kawża T-746/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Remunerazzjoni - Allowance tad-dar - Bidla tal-iskema applikabbli - Ċaħda tat-talba għas-sena 2019 - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Ugwaljanza fit-trattament - Assenza ta’ miżuri tranżitorji”)

(2021/C 320/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: GY (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. von Lideiner u D. Nessaf, aġenti, assistiti minn B. Wagenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE tat-28 ta’ Jannar 2019 li ma jagħtix l-allowance tad-dar lir-rikorrent għas-sena 2019.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tat-28 ta’ Jannar 2019 hija annullata sa fejn din tirrifjuta l-għoti tal-allowance tad-dar għas-sena 2019 lil GY.

2)

Il-BĊE huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 36, 3.2.2020.