27.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2020 – FF&GB vs EUIPO (ONE-OFF)

(Kawża T-707/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ONE-OFF - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 247/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: FF&GB Srl (Mantova, l-Italja) (rappreżentant: M. Locatelli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. L. Capostagno, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Awwissu 2019 (Każ R 239/2019-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv ONE-OFF bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FF&GB Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 413, 09.12.2019.