1.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2020 – GV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-705/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Fastidju psikoloġiku - Talba għal assistenza - Ċaħda tat-talba - Interess tas-servizz - Ekwivalenza tal-pożizzjonijiet - Terminu raġonevoli - Assenza ta’ bidu ta’ prova - Responsabbiltà”)

(2021/C 35/60)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: GV (rappreżentant: B.-H. Vincent, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin, M. Brauhoff u T. Lilamand, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, parzjalment, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2019 li tiċħad it-talba għal assistenza tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, sabiex jinkiseb kumpens għad-danni materjali u morali li r-rikorrent kien allegatament issubixxa minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

GV għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 413, 9.12.2019.