23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2021 – Irish Wind Farmers’ Association et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-680/19) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Settur tal-enerġija - Leġiżlazzjoni Irlandiża dwar it-taxxa fuq il-proprjetà tal-impriżi - Metodu tal-kalkolu tal-ammont tat-taxxa dovuta mill-produtturi tal-elettriku mill-karburanti - Ilment tal-operaturi ta’ parks eoliċi - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali - Diffikultajiet serji - Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati”)

(2021/C 338/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Irish Wind Farmers’ Association Clg (Kilkenny, l-Irlanda), Carrons Windfarm Ltd (Shanagolden, l-Irlanda), Foyle Windfarm Ltd (Dublin, l-Irlanda), Greenoge Windfarm Ltd (Bunclody, l-Irlanda) (rappreżentanti: M. Segura Catalán u M. Clayton, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 5257 final tad-9 ta’ Lulju 2019 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44671 (2019/NN) – L-Irlanda.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 423, 16.12.2019.