23.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Polfarmex vs EUIPO – Kaminski (SYRENA)

(Kawża T-677/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SYRENA - Użu ġenwin tat-trade mark - Portata tal-użu - Prova tal-użu - Artikolu 18(1) u Artikolu 58(1)(a) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”)

(2020/C 399/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Polfarmex S.A. (Kutno, il-Polonja) (rappreżentant: B. Matusiewicz-Kulig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Arkadiusz Kaminski (Etobicoke, Ontario, il-Kanada) (rappreżentanti: E. Pijewska, M. Mazurek u W. Trybowski, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Lulju 2019 (Każijiet magħquda R 1861/2018-2 u R 1840/2018-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Polfarmex u A. Kaminski.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Lulju 2019 (Każijiet magħquda R 1861/2018-2 u R 1840/2018-2) hija annullata sa fejn żammet ir-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 9262767 għall-“vetturi” li jaqgħu fil-klassi 12 għajr il-“vetturi tat-tlielaq”.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019.