4.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2022 – Companhia de Seguros Índico vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-672/19) (1)

(“Kuntratti pubbliċi - Regolament Finanzjarju - Esklużjoni tal-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti u ta’ għoti ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni u mill-FEŻ għal perijodu ta’ tliet snin - Prinċipju ta’ bona fide - Abbuż ta’ dritt - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità”)

(2022/C 148/29)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Companhia de Seguros Índico SA (Maputo, Możambik) (rappreżentant: R. Oliveira, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: I. Melo Sampaio, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2019 dwar l-esklużjoni tar-rikorrenti għal perijodu ta’ tliet snin mill-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti u ta’ għoti ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) u mill-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ selezzjoni bil-għan tal-eżekuzzjoni ta’ fondi tal-Unjoni kif ukoll dwar il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni relatata ma’ din l-esklużjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Companhua de Seguros Índico hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019.