11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2020 – Dermavita vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVEDERM ULTRA)

(Kawża T-643/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali JUVEDERM ULTRA - Użu ġenwin tat-trade mark - Użu għall-prodotti li għalihom hija rreġistrata t-trade mark - Użu taħt il-forma li fiha ġiet irreġistrata t-trade mark - Użu bil-kunsens tal-proprjetarju - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2021/C 9/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dermavita Co. Ltd (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentant: D. Todorov, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo, V. Ruzek u K. Zajfert, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Allergan Holdings France (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: J. Day, solicitor, u T. de Haan, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Lulju 2019 (Każijiet magħquda R 1655/2018-4 u R 1723/2018-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Dermavita Co. u Allergan Holdings France.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dermavita Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha, kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

Allergan Holdings France għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 383, 11.11.2019