|
28.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/20 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Sun Stars & Sons vs EUIPO – Valvis Holding (AC AQUA AC)
(Kawża T-638/19) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea AC AQUA AC - Trade marks tridimensjonali preċedenti -Unjoni Ewropea u nazzjonali VODAVODA - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 [li sar l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)
(2021/C 252/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Sun Stars & Sons Pte Ltd (Singapor, Singapor) (rappreżentanti: M. Maček u C. Saettel, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u V. Ruzek, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Valvis Holding SA (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentanti: D. Bogdan, G. Bozocea u M. Stănescu, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Awwissu 2019 (Każ R 649/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sun Stars & Sons u Valvis Holding.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Valvis Holding SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |