12.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2021 – Sophia Group vs Il-Parlament

(Kawża T-578/19) (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ assistenza għall-bini - Caħda tal-offerta ta’ offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Kriterji ta’ selezzjoni - Kriterji ta’ għoti - Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament - Użu ta’ tikketti u ta’ ċertifikazzjonijiet fil-kuntest tal-formulazzjoni ta’ kriterji ta’ għoti - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2021/C 128/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Sophia Group (Saint-Josse-ten-Noode, il-Belġju) (rappreżentanti: Y. Schneider u C.-H. de la Vallée Poussin, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Tapper Brandberg u B. Simon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-30 ta’ Lulju 2019 li tattribwixxi l-lott Nru 1 tal-kuntratt li għadu bħala s-suġġett tiegħu “provvisti ta’ servizzi ta’ Buildings HelpDesk” (sejħa għal offerti 06A 0010/2019/M011) lil offerent ieħor.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sophia Group hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 363, 28.10.2019.