25.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2020 – Muratbey Gida vs EUIPO (Forma ta’ ġobon immaljat)

(Kawża T-570/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea - Forma ta’ ġobon immaljat - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 175/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Muratbey Gida Sanayi ve Ticaret AŞ (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: M. Schork, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Ġunju 2019 (Każ R 106/2019-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali li huwa kkostitwit mill-forma ta’ ġobon immaljat bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Muratbey Gida Sanayi ve Ticaret AŞ hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 328, 30.9.2019.