10.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2020 – Malacalza Investimenti vs BĊE

(Kawża T-552/19) (1)

(“Aċċess għal dokumenti - Deċiżjoni tal-BĊE li jqiegħed lil Banca Carige SpA taħt amministrazzjoni temporanja - Rifjut ta’ aċċess - Proċedura fil-kontumaċja”)

(2020/C 262/31)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Malacalza Investimenti Srl (Genova, l-Italja) (rappreżentanti: P. Ghiglione, E. De Giorgi u L. Amicarelli, avukati)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. von Lindeiner u M. Van Hoecke, aġenti, assistiti minn D. Sarmiento Ramírez-Escudero, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-BĊE LS/LdG/19/185 tat-12 ta’ Ġunju 2019 li tirrifjuta l-aċċess għal diversi dokumenti relatati mad-Deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-BĊE ECB-SSM-2019-ITCAR-11 tal-1 ta’ Jannar 2019 li tqiegħed lil Banca Carige SpA taħt amministrazzjoni temporanja.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) LS/LdG/19/185 tat-12 ta’ Ġunju 2019 li tirrifjuta l-aċċess għal diversi dokumenti relatati mad-Deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-BĊE ECB-SSM-2019-ITCAR-11 tal-1 ta’ Jannar 2019 li tqiegħed lil Banca Carige SpA taħt amministrazzjoni temporanja, hija annullata.

2)

Il-BĊE huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 328, 30.9.2019.