|
29.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 215/42 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2020 – EC Brand Comércio, Importação e Exportação de Vestuário em Geral vs EUIPO (pantys)
(Kawża T-532/19) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva pantys - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Assenza ta’ karattru distintiv akkwistat bl-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001”)
(2020/C 215/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: EC Brand Comércio, Importação e Exportação de Vestuário em Geral Ltda (Sorocaba, il-Brażil) (rappreżentanti: B. Bittner u U. Heinrich, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Mejju 2019 (Każ R 314/2019-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva pantys bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
EC Brand Comércio, Importação e Exportação de Vestuário em Geral Ltda hija kkundannata għall-ispejjeż. |