16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 23 ta’ Settembru 2020 – Aldi vs EUIPO (BBQ BARBECUE SEASON)

(Kawża T-522/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva BBQ BARBECUE SEASON - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001)

(2020/C 390/46)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u M. Minkner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Mejju 2019 (Każ R 1359/2018-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv BBQ BARBECUE SEASON bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Aldi GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 305, 9.9.2019.