|
29.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 481/22 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Sipcam Oxon vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-518/19) (1)
(“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva klorotalonil - Nuqqas ta’ tiġdid tal-inklużjoni fl-anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 - Proċedura ta’ evalwazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Proposta ta’ klassifikazzjoni ta’ sustanza attiva - Ċertezza legali - Proporzjonalità - Prinċipju ta’ prekawzjoni”)
(2021/C 481/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Sipcam Oxon SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: C. Mereu u P. Sellar, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, A. Dawes u I. Naglis, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/677 tad-29 ta’ April 2019 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva klorotalonil skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2019, L 114, p. 15).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Sipcam Oxon SpA hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għall-miżuri provviżorji. |