29.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 215/41 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2020 – adp Gauselmann vs EUIPO – Gameloft (City Mania)
(Kawża T-381/19) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ - oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea City Mania - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea City Lights - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2020/C 215/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: adp Gauselmann GmbH (Espelkamp, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avocate)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Gameloft SE (Pariġi, Franza)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ April 2019 (Każ R 976/2018-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn adp Gauselmann u Gameloft.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
adp Gauselmann GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |