16.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 390/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-370/19) (1)

(“Relazzjonijiet barranin - Kooperazzjoni teknika - Komunikazzjonijiet elettroniċi - Regolament (UE) 2018/1971 - Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi - Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971 - Parteċipazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji tal-pajjiż terz f’dan il-korp - Parteċipazzjoni tal-Awtorità Regolatorja Nazzjonali tal-Kosovo - Kunċett ta’ pajjiż terz - Żball ta’ liġi”)

(2020/C 390/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Centeno Huerta, aġent

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, M. Kellerbauer u T. Ramopoulos, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2019 dwar il-parteċipazzjoni tal-Awtorità Regolatorja Nazzjonali tal-Kosovo fil-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (ĠU 2019, C 115, p. 26).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 263, 5.8.2019.