25.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2020 – Conlance vs EUIPO – LG Electronics (SONANCE)

(Kawża T-343/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SONANCE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti conlance - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 175/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Conlance GmbH (Augsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Hayn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: LG Electronics, Inc. (Seul, il-Korea t’Isfel)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ April 2019 (Każ R 1085/2018-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Conlance u LG Electronics.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Conlance GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 246, 22.7.2019.