23.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 95/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2020 – Pierre Balmain vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ ljun imdawwra bi ċrieki li jifformaw katina)
(Kawża T-331/19) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta ras ta’ ljun imdawwra bi ċrieki li jifformaw katina - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2020/C 95/38)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Pierre Balmain (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J. M. Iglesias Monravá u S. Mainar Roger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2019 (Każ R 1223/2018-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta ras ta’ ljun imdawwra bi ċrieki li jifformaw katina bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Pierre Balmain huwa kkundannat għall-ispejjeż. |